У вашего броузера проблема в совместимости с HTML5
ONE.COM.MT - Awwissu li għadda pajjiżna ra wieħed mill-agħar inċidenti tat-traffiku tas-sena li matulu tilfu ħajjithom żewġ persuni. Dakinhar karozza misjuqa minn ġuvni barrani tilfet il-kontroll u baqgħet dieħla b’mod frontali f’ambulanza tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar waqt li kienet qiegħda twassal pazjenta f’darha. Minkejja li l-ġrieħi li ġarrbu, intervent propizju minn żewġ membri tas-Soċjetà tas-Salib l-Aħmar kien kruċjali biex ġiet salvata l-ħajja ta’ żewġ persuni oħra involuti fl-inċident.